Kun Volontier Tal-Kultura għal Valletta 2018

Sir parti minn Tal-Kultura, il-programm tal-volontarjat għal Valletta 2018, biex issir parti mill-esperjenza ta’ Valletta 2018 Kapitali Ewropea tal-Kultura. Bħala volontier ma’ Tal-Kultura, inti ser tkun qed tipparteċipa f’diversi avvenimenti u attivitajiet ta’ Valletta 2018 billi tgħin bħala uxxier u gwida waqt l-avvenimenti u taħdem fix-xogħol ta’ komunikazzjoni u produzzjoni, fost affarijiet oħra.

Inti tista’ ssir simbolu tal-kultura Maltija u Ewropea filwaqt li xxerred il-valuri u l-kontenut ta’ Valletta 2018 permezz ta’ ċittadinanza attiva. It-titolu ta’ Kapitali Ewropea tal-Kultura huwa unur nazzjonali u allura, bħala volontier, għandek l-opportunità tagħti sehmek b’mod attiv minn issa sal-2018.

Bħala volontier Tal-Kultura mhux biss ser tkun parti mill-Programm Kulturali ta’ Valletta 2018 – sena ta’ attivitajiet u avvenimenti – imma ser ikollok l-opportunità tiltaqa’ ma’ nies ġodda u interessanti kif ukoll takwista ħiliet ġodda li jistgħu jintużaw fi prospettiva ta’ ħafna mpjiegi u xogħlijiet oħra.

Minn issa sal-2018, Malta ser tiġi mibdula f’ċentru kulturali Ewropew u Tal-Kultura se tkun forza ewlenija li tassikura is-suċċess ta’ Valletta 2018.

Applika hawn biex tingħaqad ma’ Tal-Kultura.

X’tiggwadanja meta ssir volontier Tal-Kultura

Ikber

Skopri ħiliet u talenti ġodda permezz tal-esperjenzi varji tiegħek bħala volontier ma’ Tal-Kultura.

Iltaqa’

Ibni ħbiberiji u kuntatti ġodda billi tifforma parti minn tim kbir u divers ta’ individwi entużjasti u motivati.

Esperjenza

Kun parti mill-esperjenza ta’ suċċess tal-Programm Kulturali Valletta 2018 permezz ta’ aċċess privileġġat għal varjetà ta’ attivitajiet u avvenimenti differenti.

Lest biex tkun parti mit-tim ta’ Tal-Kultura? Biex tkun il-wiċċ u l-vuċi ta’ Valletta 2018? Sir parti mill-esperjenza. Irreġistra hawn.

  • Wara li tisottometti l-applikazzjoni tiegħek ser tiġi mistieden għal laqgħa informali.
    Tirċievi ukoll taħriġ jekk l-applikazzjoni tiegħek tiġi aċċettata.
Għal aktar informazzjoni kkuntattja talkultura@valletta2018.org